Illum wara nofsinhar is-sewwieq Malti Charles Camilleri kien qed jikkompeti fil-Korsa ta’ Moska r-Russja hekk kif saret it-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran u l-Baħar l-Iswed. Is-sitt sewwieqa parteċipanti apparti l-Malti kienu mir-Russja, Serbja, Franza, l-Italja u l-Alġerija. B’żiemel tajjeb iżda skond it-trainer tiegħu numru ħażin Camilleri irnexxielu jieħu tluq mill-aqwa fejn mar fuq quddiem u kkontrolla [...]
↧