Bidu eċċellenti għaċ-ċampjin Malti Mauro Anastasi fil-Kampjonati Ewropej tas-Singles. Mauro spiċċa l-ewwel rawnd fl-ewwel post b’medja għolja ta’ 233. B’hekk fetaħ b’vantaġġ ta’ 21 punt lejn l-eqreb avversarju, li huwa ċ-ċampjin renjanti tal-Ġermanja. Għada jitkompla it-tieni rawnd, fejn il-logħob jibda l-Ġimgħa fid-9:00am. Il-Kampjonati Ewropej tas-Singles jintlagħbu darba fis-sena u kull nazzjon Ewropew jibgħat liċ-ċampjin lokali. [...]
↧