Sue Abela u Mark Spiteri huma r-Rebbieħa l-ġodda tal-BOV Kampjonati Nazzjonali tal-Bowling tal-Kbar għall-2018. Sue Abela kienet bil-kbir ir-rebbieħa fit-taqsima tan-Nisa hekk kif irnexxielha tibni vantaġġ li diffiċli jintlaħaq mill-ewwel ġurnata. Minkejja li ma kinitx qed tiffaċċja kompetizzjoni iebsa, Abela kkonċentrat fuq il-logħba tagħha biex tkompli żżid il-punti u spiċċat b’rekord nazzjonali ġdid għan-nisa, b’serje [...]
↧