Matul din il-ġimgħa, l-aktar konfronti interessanti kien dak bejn iċ-ċampjins renjanti Valletta u Swieqi United, b’dawn tal-aħħar isofru l-ewwel telfa staġjonali. Għall-Beltin li għandhom logħba anqas, din tkun ir-raba’ rebħa konsekuttiva minn erba’ logħbiet. Il-Beltin kisbu vantaġġ komdu ta’ ħames gowls fl-ewwel taqsima, b’gowls skurjati minn Gia Nikvasvili, Mohammed Lamari, Camilo Andres Gomes Vanegas, Shawn [...]
↧