Tela’ għall-għaxra t-total ta midalji mirbuħa minn Malta wara tmiem stupend fl-aħħar ġurnata tal-Kampjonat tal-Mediterran tal-Bowling. Wara r-rebħ ta’ tliet midalji fl-All Events, il-plejers Maltin rebħu tliet midalji oħra fil-Masters kif ġej: Bronz – Sara Xuereb Fidda – Sue Abela Fidda - Mauro Anastasi. B’hekk Malta rebħet midalja tad-deheb, sitta fidda u tlieta bronz.
↧