Membri tar-Royal Malta Golf Club Steve Thurtle, Jay Jay Micallef u Laurens Shulze-Doering huma r-rebbieħa tal-BOV Monthly Medal, l-1 Diviżjoni għal Frar, Marzu u April 2019, rispettivament. Il-BOV Monthly Medal hija waħda mill-aktar kompetizzjonijiet prestiġjużi fil-kalendarju tar-Royal Malta Golf Club. Din issir kull xahar matul is-sena u tintlagħab b’handicap sħiħ, bil-kompetizzjoni tkun maqsuma f’erba’ diviżjonijiet skont is-saħħa [...]
↧