Għalkemm Malta kienet għaddejja minn mewġa tas-sħana, din is-sħana ma żammitx lill-komunità tal-mountain biking milli jilqgħu l-isfida u jikkompetu fir-raba tellieqa tat-Trustmoore Cross Country National Point Series li saret f’ Ħaġar Qim nhar il-Ħadd filgħodu. Fil-Kategorija Elite, li kienet tikkonsisti f’6-dawriet, Maurice Formosa (The Cyclist) għal darb’oħra kkonferma l-aqwa forma tiegħu meta ħa l-vantaġġ mill-bidu [...]
↧