L-aħħar tellieqa tal- Arena BSJ Open Water Swimming Championships, fuq medda ta’ 2 kilometri, organiżżata mill-Birkirkara St. Joseph Sports Club, taħt l-awspiċji tal-Aquatic Sports Association of Malta, saret ġewwa Għar id-Dud. It-tellieqa ġiet organizzata flimkien mal-Kumitat tar-Reġjun Ċentrali tal-Kunsill Lokali bħala parti mill-isforzi biex tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni u biex titqajjem kuxjenza dwar attivitajiet sportivi madwar il-gżira. [...]
↧