Fil-Major ta’ Milan 2019 li ġie organiżżat fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fiċ-ċentru sportiv Schuster ġewwa Milan, ħa sehem ukoll Jurgen Balzan. Is-Sibt Jurgen Balzan ipparteċipa fil-kategoriji individwali Open u dik ta’ taħt id-dsatax-il sena. Fil-kategorija Open għadda t-tieni, fil-grupp u wara inqala fil-barrage kontra it-Taljan Leonardo Guidice 2-6. Fil-kategorija ta’ taħt id-dsatax-il sena lagħab is-semifinali [...]
↧