Dalgħodu fil-Mużew Marittimu l-Birgu tħabbru l-finalisti tal-iSportMalta Awards l-Għażliet Sportivi Nazzjonali. Ħames finalisti f’kull kategorija barra fit-tim tas-sena fejn ħa jkunu sitta peress li kien hemm żewġ finalisti li ġabu l-istess ammont ta’ punti wara l-votazzjoni tal-ġurnalisti. Dan it-tħabbir sar waqt iċ-ċerimonja ta’ l-ogħti taċ-ċertifikati lis-semi finalisti tat-tmien kategoriji. Din iċ-ċerimonja kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari [...]
↧