Il-ħames tellieqa ranking tal-kampjonat SB20 2019/2020 organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija SB20 u ospitata minn Birżebbuġa Sailing Club, bl-appoġġ ta’ Yachting Malta, saret bejn il-15 u s-16 ta’ Frar. Il-kundizzjonijiet tat-tbaħħir matul tmiem il-ġimgħa kienu eċċellenti b’żiffa tajba u temp xemxi matul il-jumejn ta’tlielaq. Ħames dgħajjes ikkompetew u l-assoċjazzjoni laqgħet membru ġdid ieħor – Team Chiara, mal-flotta. [...]
↧