Il-weightlifter żagħżugħa Tenishia Thornton kienet dikjarata bħala r-rebbieħa tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Marzu. Thornton li għandha 14-il sena kellha bidu tas-sena 2020 vera pożittiva hekk kif iddistingwit ruħha b’diversi rekords fl-‘age group’ tagħha u rekords Nazzjonali oħra fi ħdan il-Federazzjoni Maltija tal-Weightlifting. Dan hu t-tielet unur li qed jingħata lill-atleti żgħażagħ Maltin b’inizjattiva konġunta [...]
↧