It-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-Covid-19 relatati ma’ attivitajiet sportivi ntlaqgħet tajjeb mill-membri tar-Royal Malta Yacht Club li kienu qed jistennew b’ħerqa li jerġgħu jibdew it-tlielaq. L-ewwel tellieqa tal-kalendarju rivedut tal-Klabb saret il-ġimgħa li għaddiet u kienet it-tellieqa triple handed mad-dawra ta’ Kemmuna. Il-pjanijiet inizjali biex it-tellieqa ssir f’Għawdex ġew imfixkla mill-kundizzjonijiet tat-temp meta r-riħ bilkemm laħaq il-ħames [...]
↧