L-edizzjoni tal-2020 tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series intemmet aktar kmieni din il-ġimgħa, meta t-tielet u l-aħħar tellieqa tas-serje saret fuq il-Bypass tal-Mtarfa. It-tielet u l-aħħar tellieqa rat ir-ritorn ta’ Andrew Grech, wara nuqqas ta’ ħames xhur. Grech ħa vantaġġ komdu b’numru ta’atletli warajħ. Hekk kif l-ewwel dawra tlestiet, Grech xorta żamm il-vantaġġ, b’Matthew Cutajar [...]
↧