Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg illum ħalla Malta biex jibda l-impenji tiegħu fl-istaġun il-ġdid tal-World Snooker Tour. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, it-turnaments għalissa se jintlagħbu kollha fl-MK Stadium f’Milton Keynes fl-Ingilterra. L-ewwel turnament għal Borg ikun il-European Masters li proprju beda llum u jibqa’ sejjer sa nhar il-Ħadd li ġej 27 ta’ Settembru meta tintlagħab [...]
↧