Rudolph Agius u Hannah Cutajar rebħu t-titlu ta’ Ċampjin Nazzjonali tat-Triathlon 2020, nhar il-Ħadd, meta l-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon ospitat it-Tacx National Triathlon Championships ġewwa s-Salina. Ir-rebħa ta’ Agius pattiet għad-diżappunt tiegħu meta l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kampjonati Dinjija tal-Ironman f’Kona, Hawaii, ġiet posposta għall-2021. Sadanittant għal Cutajar, din ir-rebħa kienet ritorn għat-titlu, minħabba li s-sena l-oħra Cutajar [...]
↧