Gavin Muscat Dan tmiem il-ġimgħa fil-Kumpless tal-Kottonera ser ikun il-fulkru ta’ attivitajiet tal-Ġinnastika organizzati minn SportMalta, b’kollaborazzjoni mal-Federazzjoni Maltija tal-Ġinnastika. Dettalji dwar dawn l-attivitajiet ingħataw f’konferenza tal-aħbarijiet li saret illum. Indirizza l-konferenza tal-aħbarijiet s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius li spjega kif dawn l-attivitajiet ta’ dan tmiem il-ġimgħa jixhdu l-ħidma konġunta li [...]
↧