Gavin Muscat Ingħata bidu għall-istaġun il-ġdid tal-futsal, bil-finali tas-Super Cup li laqgħet liċ-ċampjins Valletta kontra r-rebbieħa tan-Knock Out Luxol. It-tim minn St. Andrew’s irnexxielu jaħtaf l-ewwel unur tal-istaġun, hekk kif għamel bħal daż-żmien sena u għal darb’oħra kontra Valletta. Dakinhar l-iskor finali kien ta’ 9-5 u din id-darba ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 7-4. Fl-ewwel taqsima [...]
↧