F’atmosfera brijuża, b’attendenza rekord fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin, bil-preżenza tal-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo u l-Viċi President Matthew Paris, intlagħbet it-tielet u l-aħħar finali tal-Elite. Luxol ġew iddikjarati ċampjins tal-Elite meta għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 7-5, f’dik li ġiet deskritta bħala l-isbaħ logħba tal-istaġun. Żewġ timijiet li komplew juru l-qawwa tagħhom fil-futsal lokali u [...]
↧