Il-Ħadd l-ewwel ta’ Ottubru ġie organizzat l-ewwel Satellite minn tlieta li ser ikunu organizzati minn Bormla Subbuteo Club taħt l-awspiċji tal-MTFSA u l-FISTF. Il-logħob ġie organizzat fil-każin San Ġorġ f’Bormla. Dan it-turnament kien riservat għal dawk li ma kienux ikklasifikati mal-ewwel mija fil-klassifika internazzjonali. Ħadu sehem erbatax-il plejer u ġew inklużi żewg plejers permezz tal-wild-card. [...]
↧