Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports kompla jiltaqa’ ma’ aktar assoċjazzjonijiet bil-għan li tisaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-media tal-isport u l-amministraturi tal-federazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet sportivi lokali. Fl-aħħar ġranet l-Għaqda Ġurnalisti Sports kellha laqgħat uffiċjali mal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon kif ukoll mal-Malta Rugby Football Union (MFRU). Il-Federazzjoni tat-Triathlon kienet rapreżentata mill-President Cyprian Dalli u mill-Viċi President Oswald Spiteri, filwaqt [...]
↧