Philip Gruppetta u Sara Xuereb it-tnejn ġew ikkonfermati bħala r-Rebbieħa tal-BOV Kampjonat Nazzjonali tal-Bowling tal-U23 għall-ħames sena konsekuttiva. Sara Xuereb ikkonfermat id-dominanza tagħha wkoll meta rebħet il-Kampjonat tal-Bniet tal-U16 għar-raba’ sena konsekuttiva, filwaqt li ħuha Edward Xuereb rebaħ il-Kampjonat tas-Subien tal-U16 għat-tieni sena konsekuttiva. L-aħwa Christopher u Kathryn Fenech ġew inkurunati rebbieħa tal-BOV U12 għall-ewwel darba. [...]
↧